Futbol Sport

Milan miżmuma fi draw…Napoli jgħelbu lil Fiorentina fit-taqtiegħa għall-post fiċ-Champions League

(Ritratt: EPA)

B’Cagliari matematikament salvi wara d-draw bejn Crotone u Benevento ,il-punt miksub barra minn darhom jista’ jitqies bħala sorpriża kontra avversarju li fl-aħħar partiti akkumula punti u gowls l-aktar fl-aħħar dehra kontra Torino fir-rebħa ta’ 7 – 0. B’dan ir-riżultat Milan b’76 punt baqgħu żewġ punti taħt Atalanta u fl-istess waqt intlaħqu minn Napoli bl-istess ammont. Minkejja li matul l-ewwel taqsima, dominju assolut minn Milan bid-difiża ta’ Cagliari għal ħinijiet twal taħt pressjoni b’xi mod Alessio Cragno qatt ma kien impenjat serjament. Matul it-tieni taqsima l-andament baqa’ l-istess saħansitra f’mument meta Milan żiedu l-pressjoni f’tentattiv li jiksbu t-tlett punti li kienu jfissru post fiċ-Champions League.

Napoli kisbu rebħa mportanti kontra Fiorentina bl-iskor ta’ 2-0. Il-parita żvolġiet fir-tieni taqsima meta Bartlomej Dragowski kien mkeċċi għal foul fil-kaxxa, b’Napoli jinagħtaw penalty. Mill-ħdax-il metru LORENZO INSIGNE ra l-ballun salvat mill-gowlkiper Pietro Terracciano biex mit-tieni tentattiv tefa’ ġewwa għal 1-0. Napoli rdoppjaw fis-67 minuta meta minn azzjoni ta’ Lorenzo Insigne, LORENZO VENUTI tefa’ fil-lasta tiegħu stess għal skor finali ta’ 2-0.

Il-partita bejn Benevento u Crotone, bejn żewġ timijiet relegati, spiċċat fi draw ta’ 1-1. Crotone kienu diġa relegati filwaqt li Benevento ġew relegate wara din il-partita. Benevetno marru fil-vantaġġ fit-13-il minuta meta minn pass ta’ Perparim Hetemaj għadda lejn GIANLUCA LAPADULA li tefa’ ġewwa għal 1-0. Minkejja dan Crotone kisbu l-gowl tad-draw fid-93 minuta meta mill-pass ta’ Pedro Pereira kien SIMY li kkonkluda ġewwa u salva punt għat-tim tiegħu.

Sampdoria kisbu rebħa ta’ 1-0 barra minn darhom kontra Udinese bjen ħewġ timijiet f’nofs il-klassifika. Il-gowl uniku tal-partita wasal tard fil-partita proprju fit-88 minuta meta ingħataw penalty meta Kevin Bonifazi deher imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa. Mill-ħdax-il metru FABIO QUAGLIARELLA ikkonkluda ġewwa għal skor finali ta’ 1-0.

F’partita mingħajr ebda interess fil-klassifika b’Parma relegati għas-Serie B u Sassuolo komdi fit-tmien post bv’59 punt, f’mumenti Parma qasmu l-logħob mal-avversarji bid-differenza li żewġ gowls fit-tieni taqsima f’temp ta’ seba’ minuti għamlu d-differenza kollha favur Sassuolo. Fil-25 minuta foul ta’ Maxime Busi fuq Giacomo Raspadori. Marco Piccinini saffar penalty b’MANUEL LOCATELLI jgħeleb lil Luigi Sepe b’Sassuolo fil-vantaġġ. Reazzjoni immedjata minn Parma lifit-32 minuta għamlu l-iskor 1 – 1 . Minn freekick ta’ Hernani kien BRUNO ALVES li b’xutt mill-ewwel ma ta ebda cans lil Andrea Consigli. Fit-62 minuta minn cross preċiż ta’ Domenico Berardi kien GREGOIRE DEFREL li għeleb lil Luigi Sepe. B’Parma jonqsu milli jwettqu reazzjoni fid-69 minuta minn azzjoni ta’ Gian Marco Ferrari kien JEREMIE BOGA li għamel l-iskor 3 – 1 u għalaq il-partita.

Ilbieraħ: Genoa v Atalanta 3-4, Spezia v Torino 4-1, Juventus v Inter 3-2, Roma v Lazio 2-0, Illum:
Fiorentina v Napoli 0-2, Benvento v Crotone 1-1, Udinese v Sampdoria 0-1, Parma v Sassuolo 1-3
Milan v Cagliari 0-0 Għada: Verona v Bologna 8.45pm