Sport Sport Ieħor

Moto-cross u Badminton fi Sport Extra programm numru 28

(Ritratt: Paul Deguara)

Illum fuq NetTV mill-4.00 pm ‘l quddiem jixxandar il-programm numru 28 mis-serje SPORT EXTRA . Fil-ġranet li għaddew tħabbar uffiċjalment illi Badminton Malta ingħażlet minn Badminton Europe biex tkun responsabbli li fl-2022 torganizza l-Kungress ta’ Badmintor Europe kif wkoll is-serata ta’ premjazzjoni tar-rebbieħa lil aqwa plejers għall-2021. Fit-tieni parti tal-programm Charles Camenzuli intervista lil JOANNE CASSAR – Segretarju Ġenerali ta’ Badminton Malta b’dettalji dwar dak li għandu jseħħ fl-2022.

Fl-ewwel parti tal-programm intervista ma’ PAUL DEGUARA – President tas-sezzjoni Moto-Cross fi ħdan l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Fil-programm siliet mis-sessjoni ta’ taħriġ li wettqu sewwieqa żgħażagħ fiċ-ċentru tal-ASMK f’Ta’ Qali.

SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati ta’ Bernie Dimech.