Futbol Sport

Robert Lewandowski jilħaq ir-rekord ta’ Gerd Muller tal-aktar gowls fi staġun wieħed

L-attakkant prolifiku ta’ Bayern munich irnexxielu jniżżel ismu fl-istorja tal-futbol Ġermaniż hekk kif laħaq ir-rekord tal-aktar gowls skorjati fi staġun wieħed fil-Bundesliga. Ir-rekord kien miżmum mill-attakkant leġġendarju Gerd Muller fej kien skorja 40 gowls fi staġun wieħed fil-Bundesliga, madwar 49 sena ilu.

Lewandowski laħaq dan it-tragward fil-partita li kellhom Bayern Munich kontra Freiburg, bil-gowl ta’ Lewandowski jasal minn penalty fis-26 minuta, bil-partita tintemm fi draw ta’ 2-2. B’hekk il-Pollakk issa skorja 40 gowl fi 28 partita għal Bayern Munich dan l-istaġun.