EURO 2020 Sport

Roberto Mancini mistenni jġedded il-kuntratt tiegħu bħala kowċ tal-Italja

(Ritratt: EPA)

Il-President tal-FIGC Gabriele Gravina qal li jrid li l-coach tat-tim nazzjonali Taljan Roberto Mancini jġedded il-kuntratt tiegħu sa Lulju tal-2026.

Roberto Mancini ilu jmexxi lit-tim nazzjonali Taljan mill-2018 fejn bħalissa qed iżommu record ta’ 24 partita mingħajr telfa

Il-FIGC mistennija wkoll iżżid il-paga ta’ Mancini li bħalissa għandu salarju ta’ €2.5 miljuni fis-sena kif ukoll bonuses oħra. It-tim nazzjonali Taljan mistenni jinġabar f’Coverciano fl-24 ta’ Mejju fejn jibdew il-preparazzjonijiet għall-Euro 2020. L-Italja sa tkun qed tilgħab fi Grupp A flimkien mat-Turkija, l-Iżvizzera u Wales, bl-Italja tkun involuta fil-partita tal-ftuħ li se tintlagħab f’Ruma kontra t-Turkija.