Lokali Qorti

Serbjan ta’ 53 sena ġie akkużat li abbuża sesswalment min anzjna f’dar tal-anzjani l-Mosta

Raġel Serbjan ta’ 53 gie akkużat li abbuża sesswalment min anzjana ta’ 69 sena, f’dar tal-anzjani l-Mosta. Il-każ ġie rrapurtat lil Pulizija wara li carers terzjarji rrapurtaw li nstab id-demm fuq il-lożor tas-sodda tal-anzjana. Meta mistoqsijja mill-Pulizija l-mara wkoll irrakkontat dak li ġrala taħt idejn il-carer.

Waqt is-seduta tal-Qorti, l-carer Goran Pantelic iddikjara li mhux ħati għal akkużi miġjuba kontrieh, inkluż l-abbuż sesswali ta’ persuna vulnerabli li ma setgħetx tiddefendi lilha nnfisha minħabba mard kemm fisiku, kif ukoll mentali. B’Pantelic inżamm arrestat mill-pulizija b’rabta ma dan il-każ.