Raġel ta’ 32 sena mill-Iklin weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident bejn il-mutur li kien qed isuq u karozza f’Ħaż-Żebbuġ.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.30am fi Triq is-Siġġiewi, fejn ir-raġel kien qed isuq il-mutur, tat-tip Honda, meta għal xi raġuni kien involut f’ħabta mal-karozza tat-tip Nissan, li kienet qed tinstaq minn żagħżugħa ta’ 26 sena mir-Rabat Għawdex.
Minbarra l-Pulizija, fil-post issejjaħ tim mediku b’Ambulanza, li ta l-ewwel għajnuna qabel ma r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Hemm, hu kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi, iżda fortunatament, mhux fil-periklu li jitlef ħajtu.
Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>