Futbol Sport

Stan Kroenke jirrifjuta l-offerta ta’ Daniel Ek biex jixtri lil Arsenal

Is-sidien ta’ Arsenal Stan u Josh Kroenke irrifjutaw l-offerta li għamel il-fundatur ta’ Sportify Daniel Ek ftit tal-jiem ilu. Ek wera l-interess tiegħu aktar kmieni matul il-kontorversja tal-European Super League.

Fuq Twitter Ek saħaq li l-offerta tiegħu kienet irrifjutata mill-familja Kroenke fejn qalulu li “m’għandhomx bżonn il-flus”. Flimkien ma’ Daniel Ek, daħlu jgħinuh ukoll il-plejers leġġendarji ta’ Arsenal Dennis Bergkamp, Thierry Henry kif ukoll Patrick Vieira.

Minkejja li din l-offerta’ ġiet irrifjutata, Daniel Ek qal li mhux se jkun qed jtemm l-isforzi tiegħu hawnhekk, filwaqt li hu lest li jkompli bil-pjan tiegħu kemm-il darba il-familja Kroenke jbiddlu l-ħsieb tagħhom.