Lokali

Żewġt irġiel aggrediti fil-Marsa

Għall-ħabta tas- 0045, żewġt irġiel Eritreani ta’ 28 sena u 18-il sena daħlu l-Għassa tal-Ħamrun u rrapportaw li ftit ħin qabel, waqt li kienu qegħdin fi Triq Antonio Doublet, il-Marsa, ġew aggrediti minn tlitt irġiel oħra. Allegatament, l-aggressuri kellhom arma li taqta’ u bil-ponta.

Minħabba li l-vittmi, it-tnejn residenti Birżebbuġa, kellhom xi ġrieħi, il-Pulizija talbet għallassistenza medika u ttieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Aktar tard, ir-raġel ta’ 28 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li l-ieħor ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet u bit-tfittxijiet għall-aggressuri.