Lokali Saħħa

Il-Gvern għandu jirtira l-whitepaper dwar il-Kannabis u jiddiskuti – MAM

Il-MAM qed titlob biex il-whitepaper tal-Kannabis tkun irtirata, hekk kif il-whitepaper li kienet preżentata ma kinitx maħsuba, u ma kienx hemmx involviment tal-ħaddiema tas-saħħa u n-nies professjonali.

L-Assoċjazzjoni Medika tat-tobba qalet li Malta għadha qed tirkupra mill-impatt tal-Covid u li ma tistax tintroduċi miżuri li jkunu aktar piż fuq is-sistema tas-saħħa Maltija. L-Assoċjazzjoni qalet li wara l-iżviluppi li saru biex jitnaqqas it-tipjip, jinsabu diżappuntati li issa l-Gvern għażel li jipproponi din il-whitepaper.

Il-MAM qed titlob ukoll biex ikun hemm aktar sapport għall-impatt li l-kannabis tħalli fuq is-saħħa mentali, u kif ukoll li jkun hemm sapport għall-qraba tal-vittma.

Il-MAM qalet ukoll li għandu jkun hemm aktar edukazzjoni f’dan l-aspett, filwaqt li l-liġi għandha tkun infurzata fuq dawk li jbiegħu il-kannabis.