Lokali Parlament

Alexandra Mamo se tinħatar Deputat Kummissarju

L-Assistent Kummissarju tal-Pulizija u Kap tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali Alessandra Mama se tinħatar Deputat Kummissarju tal-Pulizija.

Dan kien konfermat fil-parlament mill-Ministru tal-Intern Byron Camilleri għal mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Jaon Azzopardi li staqsa wkoll dwar ir-riformi I qed isiru fil-Krop tal-Pulizija.

Alexandra Mamo se tkun l-ewwel Deputat Kummissarju mara fil-Korp tal-Pulizija. Il-Ministru Camilleri qal fil-parlament li din il-kariga se ssir wara li ntlaqgħu l-applikazzjonijiet li saru u wara li sar il-proċess tal-għażla.

Intant, tħabbar ukoll li Ramon Mercieca laħaq Deputat Kummissarju tal-Korp tal-Pulizija. Mercieca, li ilu fil-korp tal-Pulizija għal dan l-aħħar 19-il sena, fil-passat ħa ħsieb l-affarijiet interni kif ukoll l-Amministrazzjoni tal-Korp u bħalissa qed imexxi l-istrateġija ta’ trasformazzjoni flimkien mal-Pulizija fil-Komunità.