Sport Sport Ieħor

Anthony Joshua u Tyson Fury se jiġġieldu kontra xulxin fl-14 ta’ Awwissu fl-Arabja Sawdita

(Ritratti: EPA)

Il-boxers Ingliżi Anthony Joshua u Tyson Fury se jiġġieldu kontra xulxin fl-14 ta’ Awwissu fl-Arabja Sawdita. Joshua fil-preżent qed iżomm it-titli WBA, WBO u IBF filwaqt li Fury qed iżomm it-titli WBC.

Din se tkun l-ewwel ġlieda fejn l-erba’ ċintorini se jkunu qed jintrebħu. F’messaġġ fuq Twitter, Tyson Fury qal li jinsab preparat biex jiġġieled lil Joshua hekk kif dan mistenni jkun wieħed mill-akbar avvenimenti sportivi fis-sajf li ġej.

Il-pjanijiet sabiex tittellgħa din il-ġlieda bdew fi Frar tas-sena li għaddiet meta Fury kien għeleb lil Deontay Wilder biex rebħa t-titlu WBC. Il-promotur tal-ġlieda Eddie Hear qal li l-ġlieda se ssir fl-Arabja Sawdita bil-pajjiż ikun kritikat għall-mod ta’ kif jitratta l-ħaddiema tiegħu fil-qasam tal-isport.