Lokali Qorti

Carer Serb mixli li stupra anzjana f’dar tal-anzjani fil-Mosta

Goran Pantelic, Carer Serb ta’ 53 sena ġie mixli li stupra anzjana li tbati mid-dimensja waqt il-ħin tax-xogħol.  Huwa ġie mixli wkoll li wettaq att ta’ natura sesswali mingħajr il-kunsens tal-anzjana ta’ 69 sena u li kkaġunalha ġrieħi ta’ natura gravi. L-anzjana għall-ewwel ma qalet lil ħadd dwar dak li kien seħħ iżda meta nstabu t-traċċi tad-demm fuq is-sodda tagħha hija qalet li kien Pantelic li wettaq dawn l-atti.

Huwa ġie ukoll akkużat li waqt li kellu l-kura u l-kustodja ta persuna anzjana ġiegħel jew ippermetta li ssirilha ħsara jew titpoġġa f’sitwazzjoni li l-persuna jew is-saħħa tagħha tkun fil-periklu.  L-allegat każ seħħ il-Ġimgħa filgħodu f’Central Home, li fil-Mosta.  Pantelic wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u saret talba għall-ħelsien mill-arrest tiegħu. 

Id-difiża qalet li l-imputat ilu jaħdem hawn Malta għal dawn l-aħħar tliet snin, bis-Serb jgħid li dak li sar kien bil kunsens tal-vittma.  Il-prosekuzzjoni opponiet minħabba biża’ ta’ kontaminazzjonio tal-provi. L-Ispettur John Spiteri li flimkien mal-Ispettur Godwin Scerri ressaq lis-Serb spjega lill-Maġistrat Ian Farrugia kif li kieku ma kienx għall-azzjoni f’waqtha tal-kollegi tal-imputat waqt li għokrithom għajnejhom raw xi dmija fuq il-lożor u l-intervent f’waqtu tat-tobba kieku kważi dan il-każ qatt ma seta’ jiġi rappurtat lill-pulizija eżekuttiva.

Qal ukoll li minbarra intralċ, hemm biża’ li l-imputat jaħrab minn Malta.  Id-difiża qalet li l-imputat ilu jaħdem hawn Malta għal dawn l-aħħar tliet snin u allega li dak li sar kien bil kunsens tal-vittma.  Il-Maġistrat Farrugia ċaħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ordna li l-imputat jinżamm taħt arrest preventiv u nbagħat il-ħabs.