Coronavirus Lokali

COVID-19: 4 każi ġodda pożittivi… ebda fatalità f’dawn l-aħħar għaxart ijiem

Għall-għaxar jum konsekuttiv, pajjiżna ma rreġistra ebda mwiet kawża tal-COVID-19. B’hekk il-vittmi li tilfu ħajjithom matul din il-pandemija jibqgħu 417.

Fl-aħħar sigħat kienu reġistrati 4 każi pożittivi filwaqt li kien hemm ħmistax-il persuna li fiequ minn dan il-virus. Dan iwassal biex il-każi attivi issa niżlu għal 147.

Mill-bidu ta’ din il-pandemija… iktar minn 14-il xahar ilu, pajjiżna rreġistra total ta’ 30,484 każi pożittivi filwaqt li dawk imfejqa jammontaw għal 29,920.

Sal-Ġimgħa ngħataw 424,325 tilqima bi kważi 143,500 persuna ħadu ż-żewġ dożi.