Festi Knisja Kultura Lokali

Għada jiżżanżan kwadru ġdid ta’ San Duminku fil-Knisja tal-Lunzjata fil-Birgu

Fl-okkażjoni tal-Ewwel Tlieta bi preparazzjoni għall-Festa ta’ San Duminku, l-Arċisqof Charles Scicluna għada se jmexxi pontifikal solenni fis-6.15pm u wara jinawgura l-kwadru l-ġdid għall-artal ta’ San Duminku fil-Knisja Dumnikana tal-Lunzjata tal-Birgu.

Il-pittura l-ġdida, xogħol l-artist Għawdxi Manuel Farrugia, turi lil San Duminku fil-glorja, u se tiżżanżan f’sena li fiha l-Ordni tal-Predikaturi qed ifakkar t-800 anniversarju mill-mewt tal-fundatur tiegħu, San Duminku.