F’post fuq il-mezzi soċjali, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kiteb li l-Partit Nazzjonalista jingħaqad mal-komunità internazzjonali sabiex ikun hemm reżistenza fuq id-diskriminazzjoni kontra l-komunità LGBTIQ.
Apparti dan, Bernard Grech qal li għandu jkun hemm sapport lejn kull individwu irrispettivamente mill-orjentazzjoni sesswali u l-identità tagħhom.
Illum qed ikun imfakkar il-jum internazzjonali kontra l-omofobija, il-transfobija u l-bifobija.
//= $special ?>