Futbol Sport

Harry Kane irid iħalli lil Tottenham fi tmiem l-istaġun

(Ritratt: EPA)

Rapporti fil-midja internazzjonali, qed jindikaw li Harry Kane irid iħalli lil Tottenham Hotspur fi tmiem l-istaġun, bil-preferenza tiegħu tkun li jibqa’ jilgħab fil-Premier League, bil-clubs ta’ Manchester United, Manchester City u Chelsea kollha qed isegwu mill-qrib is-sitwazzjoni tal-attakkant Ingliż.

Kane li fis-sajf li ġej se jkun wieħed mill-player ewlenin fl-iskwadra ta’ Gareth Southgate jixtieq li l-futur tiegħu jkun deċiż qabel il-bidu tal-Euro 2020. Tottenham fl-istaġun li ġej mhux se jkunu qed jilagħbu fil-UEFA Champions League u li f’dan l-istaġun tilfu l-finali tal-Carabao Cup diġa bdew it-tfittxijiet għall-attakkant ġdid.