Futbol Internazzjonali Sport

Ic-Champions League għat-tims Ingliżi…erbgħa jew ħamsa?

Ir-rebħa ta’ Liverpool fuq Manchester United f’Old Trafford il-Ħamis filgħaxija bl-iskor ta’ 4-2 u r-rebħa fl-aħħar sekondi fuq West Bromich Albion nhar il-Ħadd żammet ħajjin it-tamiet ta’ kwalifikazzjoni għaċ-Champions League tal-istaġun li ġej. Bl-iskor 1-1 il-gowlkiper Alisson skorja b’daqqa ta’ ras fil-95 minuta minn azzjoni ta’ corner.

Manchester City aċċertaw it-titlu tal-Premier League, u r-rivali Man United huma wkoll garantiti li jilagħbu fil-kompetizzjoni ewlenija tal-Ewropa. Iżda ż-żewġ postijiet li fadal huma miftuħin beraħ, b’Liverpool, Leicester City u Chelsea jiġġieldu għaż-żewġ postijiet l-oħra.

West Ham United għandhom ukoll ċans minimu li jispiċċaw mal-ewwel erbgħa. Huwa importanti li wieħed jinnota li minkejja li Chelsea u Man City se jikkontestaw il-finali taċ-Champions League ta’ din is-sena fil-Portugall, u l-United se jilagħbu fil-finali tal-Europa League, l-Ingilterra x’aktarx mhux se tikseb post Ewropew żejjed.

L-uniku mod kif il-ħames tim Ingliż jistgħu jikkwalifika għaċ-Champions League huwa jekk klabb jirbaħ iċ-Champions League jew l-Europa League, u jonqsos wkoll milli jispiċċa fl-ewwel erba’ postijiet fil-Premier League. Jekk Chelsea jispiċċaw mal-ewwel erbgħa, ikun ifisser li l-Ingilterra jkollha erba’ timijiet fil-kompetizzjoni l-istaġun li ġej, irrispettivament minn dak li jiġri fil-Portugall aktar tard dan ix-xahar.

Il-battalja għar-raba’ post qed tisħon u tieħu sal-aħħar ġurnata tal-istaġun biex tiġi deċiża, b’Liverpool u West Ham United għadhom jiġru wara Leicester City u Chelsea fit-tielet u r-raba ’post rispettivament. Il-punti u l-logħob li jmisshom dawk li qed jiġġieldu biex jingħaqdu maż-żewġ tims minn Manchester. Leicester L;36 Punti: 66: Chelsea (A), Tottenham (H) Chelsea L;36 Punti: 64: Leicester (H), Aston Villa (A) Liverpool L;36 Punti: 63: Burnley (A), Crystal Palace (H) West Ham L;35 Punti: 59: West Brom (A), Southampton (H)