Il-coach tat-tim nazzjonali Kroat Zlatko Dalić sejjaħ skwadra ta’ 26 player għall-fażi finali tal-Euro 2020. Fost l-għażliet ta’ Dalić jispikka l-goalkeeper Simon Sluga, li huwa l-goalkeeper tat-tim miċ-Championship Luton Town.
S’issa Sluga lagħab tliet darbiet għal pajjiżu fejn mistenni jkun it-tieni goalkeeper wara Dominik Livakovic. Ħafna mill-players li kienu nvoluti fl-iskwadra li waslet sal-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-2018, kienu magħżula minn Dalić hekk kif il-goalkeeper Danijel Subasic u l-attakkant Mario Mandzukic irtiraw mit-tim nazzjonali.
L-iskwadra ta’ 26 player msejjħa minn Dalić huma:
Goalkeepers: Dominik Livakovic (Dinamo Zagreb), Lovre Kalinic (Hajduk Split), Simon Sluga (Luton Town)
Difensuri: Sime Vrsaljko (Atletico Madrid), Domagoj Vida (Besiktas), Josip Juranovic (Legia Warsaw), Dejan Lovren (Zenit St Petersburg), Duje Caleta-Car (Olympique Marseille), Borna Barisic (Rangers), Mile Skoric (Osijek), Josko Gvardiol (Dinamo Zagreb), Domagoj Bradaric (Lille)
Midfielders: Luka Modric (Real Madrid), Marcelo Brozovic (Inter Milan), Milan Badelj (Genoa), Mateo Kovacic (Chelsea), Nikola Vlasic (CSKA Moscow), Mario Pasalic (Atalanta), Luka Ivanusec (Dinamo Zagreb)
Attakkanti: Bruno Petkovic (Dinamo Zagreb), Ivan Perisic (Inter Milan), Andrej Kramaric (Hoffenheim), Josip Brekalo (Wolfsburg), Ante Rebic (AC Milan), Mislav Orsic (Dinamo Zagreb), Ante Budimir (Osasuna)
Il-coach Kroat, sejjaħ ukoll lista ta’ tmien players oħra li se jkunu ‘standby’: Filip Uremovic (Rubin Kazan), Marko Livaja (Hajduk Split), Toma Basic (Bordeaux), Nikola Moro (Dynamo Moscow), Marin Pongracic (Wolfsburg), Lovro Majer (Dinamo Zagreb), Ivica Ivusic (NK Osijek), Kristijan Lovric (HNK Gorica)
Il-Kroazja jilgħabu fi Grupp D flimkien mal-Ingilterra, l-Iskozja u r-Repubblika Ċeka.
//= $special ?>