Waslet il-konferma li l-pjan ta’ irkupru mill-COVID-19 u kif se jintefqu l-fondi tal-Unjoni Ewropea għadu mhux lest il-konfożjuni dwar dan il-pjan issa ilha għaddejja għal numru ta’ ġimgħat. Wara li diversi Ministri tal-Gvern tawna risposti differenti dwar dan il-Pjan, issa kien imiss lill-Ministru tat-Turiżmu li qalilna li l-pjan għadu qed jiġi diskuss u li se jkun ippublikat fil-ġimgħat li ġejjin.
Dan jikkuntrasta ma li qalulna fl-aħħar ġimgħat numru ta’ Ministri nkluż il-Ministru Silvio Schembri li qalilna li dan il-pjan ta’ kif se jintefqu l-fondi tal-Unjoni Ewropea lest, iżda fl-istess risposta qalilna li għadu mhux konkluż għaliex għadhom iridu jkunu diskussi d-dettalji. Lanqas ma nafu kienx preżentat fuq livell Ewropew. Il-Ministru tal-Ekonomija kkonferma wkoll li dan il-pjan, minkejja li qal li hu lest, għadu ma tressaqx quddiem il-Parlament. Minn naħa l-oħra, meta ġet mistoqsiha meta se jiġi ppreżentat il-pjan ta’ irkupru, il-Ministru Miriam Dalli qalet li dan se jsir meta jkun hemm bżonn.
Il-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakja – huma l-pajjiżi li ppreżentaw il-pjan ekonomiku tagħhom lill-Unjoni Ewropea fiż-żmien stipulat, sat-30 t’April. Dan il-pjan, fil-kaz ta’ Malta, huwa responsabbilta tas-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi kif ikkonferma magħna l-Ministru Clyde Caruana.
Mhux magħruf għaliex il-Gvern Malti waqa’ lura fil-preżentazzjoni tal-pjan tiegħu meta dan il-Pjan ghadu lanqas ma gie prezentat lill-Parlament Malti.
//= $special ?>