Lokali Qorti

“Il-makkinarju f’postu, anke jekk ma jiffunzjonax” l-allegat każ ta’ korruzzjoni fil-konfront ta’ Jimmy Magro

Uffiċjal responsabbli li tapprova pagamenti u responsabbli għall-approvazzjoni tal-ħlasijiet għal offerta ta’ €250,000 insisttiet biex tivverifika personalment li l-makkinarju relatat mal-proġett kien f’postu qabel ma’ jkun hemm il-konferma li l-ħlasijiet jidħlu fis-seħħ. Hija qalet li kien ingħad li l-makkinarju tal-kompost kien f’post anke jekk ma jiffunzjonax u li Jimmy Magro u t-tim tiegħu kienu responsabbli għal dan il-makkinarju.

Isabella Testaferrata de Noto kienet qed tixhed fil-kumpilazzjoni tal-provi kontra l-eks segretarju ġenerali tal-Partit Laburista Jimmy Magro li qed iwieġeb mhux ħati ta’ akkużi ta’ korruzzjoni allegatament ġejjin minn proġett fl-2014. Testaferrata de Noto serviet bħala segretarju eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali dak iż-żmien waqt li Magro serva bħala konsulent speċjali għall-assoċjazzjoni, imexxi t-taqsima li kienet responsabbli għal proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea.

Wieħed minn dawn kien proġett pilota li jinvolvi x-xiri ta’ magna tal-kompost elettromekkanika biex tipproċessa skart organiku domestiku. Vawċers tal-ħlas f’termini tal-offerta kellhom jiġu approvati mill-assoċjazzjoni, qalet Testaferrata de Noto, waqt li fakkret kif kienet insistiet li tara l-makkinarju fuq il-post u ma kinitx ser tagħti l-ħlasijiet sakemm ma vverifikatx li l-magna kienet f’postha.

Hija kienet marret f’għalqa f’Ħal Luqa fejn il-makkinarju kien tpoġġa taħt tinda, f’konformità mar-rekwiżiti tal-ippjanar. Mistoqsija jekk il-makkinarju kienx qed jiffunzjona jew le, ix-xhud qalet, “Tlabt biex narah jaħdem.” Biex jiġi evitat li jintilfu eluf ta’ fondi tal-UE. kif wkoll biex ma żżommx il-proġett wieqaf, l-assoċjazzjoni kienet żiedet klawsola u ddikjarat li l-makkinarju kien f’postu iżda li għadu ma jiffunzjonax.

Wara l-ispezzjoni fuq il-post, l-assoċjazzjoni setgħet tivvaluta sew is-sitwazzjoni, qal ix-xhud, waqt li fakkret il-makkinarju kien jinsab f’sezzjoni tal-għalqa f’Ħal Luqa. Ix-xhud fakkret ukoll kif sussegwentement, uffiċjali mid-Dipartiment tal-Awditjar Intern u l-Investigazzjonijiet u mbagħad il-pulizija, immexxija mill-Ispettur Yvonne Farrugia, kienu marru fl-uffiċini tal-assoċjazzjoni, u talbu korrispondenza u fajls marbuta mal-proġett.

Waqt li identifikat lil Magro fil-qorti, ix-xhud qalet li l-proġetti tal-UE kienu ttrattati minn Jimmy Magro u t-tim tiegħu. Il-każ idur madwar allegazzjonijiet minn Victor Bonello li ħax l-offertà tal-kompost li ngħatat f’Awwissu 2015. Bonello xehed f’seduta preċedenti li Magro allegatament ħareġ dettalji dwar l-offerta qabel ma ġiet ippubblikata u kien ippropona laqgħa “biex tiddiskuti l-interess kummerċjali dwar dan,” u qal lill-offerent interessat li kellu kontijiet tat-taxxa pendenti u spejjeż tal-vaganzi x’jitħallas, dan għall-pjaċir biex jitpatta ma’ ieħor.

It-tender ingħata lil offerent rivali, b’Bonello jgħid lill-qorti li minkejja li l-makkiunarju tal-kompost tiegħu kien ħafna aħjar minn dak offrut mid-ditta li ngħatat il-proġett huwa ma ngħatax widen. Mistoqsija jekk Bonello kienx tkellem magħha b’xi mod, Testaferrata de Noto qalet li darba kien fittex direzzjoni biex iressaq appell.

“Jiena ddereġejtu lejn il-proċedura dettaljata taħt id-dokument tal-offerta,” qalet ix-xhud. “Tiftakar li Bonello kellu dritt jappella lill-Bord ta’ Reviżjoni tal-Kuntratti Pubbliċi u le?” staqsa l-avukat ta’ Jimmy Magro, Michael Sciriha. Iżda x-xhud qalet li ma tafx, u spjegat li sa fejn kienet qed tiftakar, ma kien hemm l-ebda komunikazzjoni f’dan is-sens.

Il-Maġistrat Ian Farrugia għamel suġġeriment prattiku fi tmiem is-sessjoni tal-qorti, waqt li nnota li dik kienet tinvolvi volumi kbar ta’ evidenza dokumentata bħal din, il-prosekuzzjoni għandha tiskennja d-dokumenti u tippreżentahom fil-qorti f’format diġitali. Dan jagħmilhom ħafna aktar faċli biex jaċċessaw, innota l-maġistrat. Il-każ ikompli x-xahar id-dieħel. L-Ispettur Wayne Borg qed imexxu l-Prosekuzzjioni filwaqt li l-Avukat Matthew Xuereb kien l-avukat difensur.