Ambjent Lokali Parlament

Il-PA se tinjora r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman fuq ix-xogħlijiet f’Kemmuna

L-Awtorità tal-Ippjanar avżat lill-Ombudsman, Anthony Mifsud, li se tkun qed tinjorna r-rakomandazzjonijiet li ta fl-Opinjoni Finali fi tmiem investigazzjoni relatata ma’ xogħlijiet irregolari ta’ service culvert f’Kemmuna, li kien tqajjem għall-ewwel darba mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ambjent, Robert Cutajar.

Dan wara li l-istess Opinjoni Finali rrakkomandat azzjoni min-naħa tal-istess Awtorità billi dawn ix-xogħlijiet jiksru l-provvedimenti tal-Att dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp.

L-Ombudsman ikkomunika din l-informazzjoni f’ittra mibgħuta lill-Ispeaker Anġlu Farrugia li fiha qiegħed fuq il-mejda tal-Kamra l-istess Opinjoni Finali.