Atletika Sport

Jeremy Zammit jiddomina fl-Agropoli Atheltics meeting

L-atleta ta’ Pembroke Athleta Jeremy Zammit telgħa fit-tieni post fir-ranking ta’ taħt it-18 -il sena fid-dinja u fl-ewwel post fir-ranking ta’ taħt it-18-il sena fl-Ewropa, fil-long jump hekk kif fl-Agropoli Atheltics meeting, iddomina r-records nazzjonali fl-avveniment tal-long jump.

Zammit kien wieħed mill-atleti Maltin li fi tmiem il-ġimgħa kienu f’Agropoli biex jieħdu sehem f’avvenimenti internazzjonali. L-aqwa qabża ta’ Zammit kienet dik ta’ 7.51 metri biex tejjeb ir-record nazzjonali fil-kategroiji ta’ taħt it-18 u l-20 sena kif ukoll waqqaf record nazzjonali ġdid fil-kategorija ta’ taħt it-23 sena.

B’dan ir-riżultat, Zammit kwalifika għall-Kampjonat tal-Pajjiżi ż-Żgħar fl-Ewropa kif ukoll il-Kampjonati Ewropej ta’ taħt l-20 sena li se jsiru fl-Estonja. Ian Paul Grech temm fit-tieni post fl-avveniment tal-long jump filwaqt li fil-200 metru Janet Richard temmet fit-tieni post ukoll.

Claire Azzopardi rebħet il-kompetizzjoni tal-long jump tan-nisa b’qabża ta’ 5.86 metri fejn temmew qabel Rachela Pace. Dario Mangion temm fit-tieni post fl-1,500 metru meta temm id-distanza f’ħin ta’ 07.11 sekondi. Graham Pellegrini u Sean Spiteri ukoll kisbu l-aħjar ħin fl-istaġun fil-200 metru hekk kif għamlu ħin ta’ 22.53 sekondi u 22.64 sekondi rispettivament.