Żagħżugħ ta’ 25 sena wiegeb mhux ħati għall-akkużi ta’ attentat ta’ qtil fuq raġel ieħor.
Dan ħareġ mill-Qorti wara li s-Sudaniż Mahmed Ibrahim Osman li jgħix Ħal Safi ġie mixli li kiser il-bon-ordni, li ġarr arma mingħajr liċenzja, li kien f’pussess ta’ droga sintetika, li ma kinx liebes maskra u li hu riċediv.
Quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras l-Ispettur Roderick Attard spjega li fl-14 ta’ Mejju kien hemm argument fil-Marsa li fih żagħżugħ barrani safa midrub u li ġie ċċertifikat gravi. F’dan il-każ intużat sikkina.
L-avukat tal-għajnuna legali, Joe Bonnici, għamel talba għall-ħelsien mill-arrest tas-Sudaniz. L-avukat insista illi huwa ċar li dan hu każ ta’ self defence.
Il-Qorti ċaħdet it-talba, għax l-akkużat m’għandux residenza fissa u għax għad irid jixhed l-allegat vittma.
//= $special ?>