Wara li aktar kmieni l-ġimgħa l-oħra tħabbar li l-MAFA Special League se jkun qed ikompli matul ix-xahar ta’ Ġunju, tħabbar il-programm uffiċjali ta’ partiti li fadal sabiex jispiċċa dan it-turnament.
Kollox se jkompli fit-12 ta’ Ġunju li ġej meta jintlagħbu l-aħħar sett ta’ partiti mill-fażi tal-gruppi. Minn hemm issir logħba preliminari sabiex jiġi determinat l-aħħar tim li jikkwalifika għall-kwarti tal-finali. Eventwalment kollox ikompli f’forma ta’ eliminazzjoni diretta bil-finali skedata li ssir nhar l-Erbgħa 30 ta’ Ġunju fis-7.30pm fil-grawnd ta’ Marsaxlokk.
Sadanittant dan hu l-programm uffiċjali ta’ logħob tal-MAFA Special League:
Is-Sibt 12 ta’ Ġunju 2021: Marsaxlokk Ground: Marsa St Michael vs Mosta Vikings 2.00pm, Senglea Gunners vs Żurrieq Sunrise 3.45pm, Balzan Youths vs San Ġiljan Saints 5.30pm Mosta Ground: Valletta St Pauls vs Żejtun Laċċi 2.00pm, Fgura Spartans vs Versity AFC 3.45pm, Ta’ Xbiex St Helen vs Valletta Stars 5.30pm L-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2021: Marsaxlokk Ground – Logħba preliminari sabiex jiġi magħruf it-tmien kwartifinalist Is-Sibt 19 ta’ Ġunju 2021: Kwarti tal-finali li jsiru fil-grawnds tal-Mosta u Marsaxlokk bil-logħob ikun fl-4.30pm u 6.15pm Is-Sibt 26 ta’ Ġunju 2021: Żewġ semifinali li jintlagħbu fil-grawnd ta’ Marsaxlokk li jibdew fl-4.30pm u 6.15pm L-Erbgħa 30 ta’ Ġunju 2021: Il-finali ssir fil-grawnd ta’ Marsaxlokk u tibda fis-7.30pm.
Fil-MAFA Special League qed jieħdu sehem 15-il tim li huma maqsuma fi tliet gruppi ta’ ħames timijiet kull wieħed u ġie organizzat sabiex jieħu post il-kampjonati tradizzjonali tal-ewwel u t-tieni diviżjoni li ma setgħux isiru minħabba l-problema COVID-19.
//= $special ?>