Lokali

L-Arka taʼ Noè tniedi ġbir ta’ fondi biex tirranġa s-santwarju tal-klieb

Is-santwarju tal-klieb l-Arka taʼ Noè fil-Mellieħa neda kampanja ta’ ġbir ta’ fondi biex jiġbor €10,000
f’donazzjonijiet bl-għan li jirranġa l-post fejn jinżammu l-klieb u l-infrastruttura tax-xelter. Dan biex
ikunu jistgħu jservu aħjar il-klieb li għandhom fis-santwarju.

L-Arka taʼ Noè se jutilizza l-għotjiet biex joħloq pens akbar li huma aktar faċli biex jitnaddfu, filwaqt
li jippermettu lill-klieb ikollhom aktar spazju biex jiċċaqalqu, u jinstallaw soqfa insulated biex
jipproteġu l-klieb mis-sħana tas-sajf u l-kesħa tax-xitwa.

Is-santwarju tal-klieb jipprovdi kenn għal klieb li qed jiffaċċjaw diffikultajiet biex jiġu adottati
minħabba l-età tagħhom jew kundizzjonijiet persistenti tas-saħħa. Għalhekk, huwa importanti li l-pens
tal-klieb ikunu mgħammra tajjeb, biex b’hekk il-klieb ikunu komdi kemm jista’ jkun. Id-donazzjonijiet jistgħu jsiru permezz tal-paġna tal-kampanja GoGetFunding ta’ Noah’s Ark.

Fabio Ciappara, President tal-Arka taʼ Noè, qal: “Din ir-rinovazzjoni hi tassew meħtieġa. Aħna
kontinwament nirċievu għotjiet u għajnuna mill-voluntiera tagħna, iżda dan it-tiġdid jeħtieġ
investiment akbar. Filwaqt li qed naraw suċċess fir-rati ta’ adozzjoni tagħna, il-klieb jibqgħu ġejjin
sejrin — is-santwarju tagħna huwa dejjem okkupat u għaddej bla waqfien. Aħna qed nagħmlu l-almu
tagħna biex noffru akkomodazzjoni sabiħa u xierqa lill-klieb tagħna, kemm jekk hi soluzzjoni
temporanja jew permanenti. Kull kelb jistħoqqlu l-aħjar kura possibbli, ikunu fejn ikunu.”

Is-santwarju tal-klieb l-Arka taʼ Noè nħatar rebbieħ tal-kategorija tal-Aħjar Kawża Soċjali matul is-
Social Media Awards tal-2020 ta’ Lovin Malta. Bħala r-rebbieħ tal-kategorija, l-Arka taʼ Noè qed
tibbenefika minn €10,000 f’konsultazzjonijiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi, marketing u reklamar minn l-
aġenzija BPC International, l-isponsor tal-premju. Lil hinn minn din il-kampanja ta’ ġbir ta’ fondi, l-
Arka taʼ Noè hi dejjem miftuħa għal donazzjonijiet u għajnuna fis-santwarju tal-klieb tagħha fil-
Mellieħa, wara t-Torri l-Aħmar.