EURO 2020 Futbol Sport

L-Iskoċċiz McBurnie ma jirkuprax mill-injury…ebda Euro 2020 għaliħ

Oli McBurnie

Il-Euro 2020 se tibqa’ biss ħolma li ma tistax iseħħ għall-attakkant Skoċċiż ta’ 24 sena, Oli McBurnie. Il-plejer ta’ Sheffield United, ilu ma jilgħab mill-partita tal-Premier League Ingliż, ta’ nhar il-11 t’April, meta kontra Arsenal, McBurnie kiser għadma f’siequ. Illum, l-eks attakkant ta’ Swansea City, b’diżappunt kbir, kiteb fuq Twitter li mhux se jkun qed jilgħab fil-Euro 2020 sforz l-aħħar injury tiegħu.

“Li ma tkunx tista’ tmur u tilgħab għal dan il-Kampjonat Ewropew mal-bqija ta’ sħabek, għalija hi emozzjoni ta’ qsim il-qalb,” qal b’dieqa kbira Oli McBurnie.

Din l-aħbar tasal jumejn biss qabel il-kowċ tal-Iskozja, Steve Clarke iħabbar uffiċjalment l-iskwadra finali ta’ 26 plejer għall-Euro 2020.