Skont il-kumpaniji li jmexxu l-imħatri, Franza m’għadiex tokkupa l-ewwel post bħala l-favorita għall-Eurovision ta’ din is-sena. Dan hekk kif il-grupp Taljan Maneksin issa qabeż fil-quċċata ta’ din il-lista.
Il-kantanta Maltija Destiny, dejjem skont il-bettings, għadha fit-tielet post.
Maneksin ilhom ġimgħat sħaħ javvanzaw lejn il-quċċata, u jidher illi l-istil rock li qed jipproponi dan il-grupp bil-kanzunetta ‘Zitti e buoni’ qed jintlaqa’ tajjeb ħafna. Minn naħa l-oħra, dan qed jitqies bħala diżappunt għall-Franċiża Barbara Pravi li kienet ilha numru ta’ jiem tokkupa l-quċċata.
Intant, anke l-Iżlanda u Ċipru qed iżidu fil-popolarità.
//= $special ?>