Il-kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż Gareth Southgate mistenni jħabbar l-iskwadra finali għall-Euro 2020 kmieni il-ġimgħa d-dieħla, bl-ispekulazzjoni iddur madwar id-difensur laterali ta’ Liverpool, Trent Alexander-Arnold. Dan għaliex Arnold ma kienx msejjaħ mal-iskwadra Ingliża fl-aħħar partiti internazzjonali lura f’Marzu, b’ Reece James ta’ Chelsea jkun preferut mill-kowċ Southgate.
Minkejja dan, il-prestazzjonijiet ta’ Alexander Arnold matul l-istaġun ma kienux konsistenti daqs staġuni preċedenti, forsi huwa vittma tas-suċċess tiegħu speċjalment l-istaġun li għadda. Ħafna huma dawk li jikkritkaw lid-difensur laterali għan-nuqqas fil-parti difensiva tal-logħba tiegħu, iżda ftit hemm minn jista’ jikkritika il-kwalitiajiet tekniċi li jġib fit-tim fil-fażi offensiva, kemm għal Liverpool kif ukoll għat-tim nazzjonali tal-Ingilterra.
Min-naħa l-oħra Reece James kellu staġun konsisteni fejn kien strumentali fid-difiża ta’ Chelsea taħt Frank Lampard kif ukoll taħt Thomas Tuchel. Minkejja li fl-attakk m’huwiex potenti daqs Alexander Arnold, ix-xogħol li jagħmel fid-difiża seraq l-ammirazzjoni ta’ Southgate, hekk kif kollox jindika li huwa l-favorit li jagħmilha flimkien mad-difensur laterali ta’ Man City, Kyle Walker, mal-iskwadra finali għall-Euro 2020.
//= $special ?>