EURO 2020

Marc-Andre Ter Stegen mistenni jitlef l-Euro 2020

(Ritratt: EPA)

Il-goalkeeper Ġermaniż Marc-Andre Ter Stegen mistenni jitlef l-Euro 2020 hekk kif sofra injury f’irkopptu u se jkun qed jiġi operat. Ter Stegen li lagħab 25 darba għal pajjiżu, kien se jkun it-tieni goalkeeper tal-Ġermanja wara Manuel Neuer.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali, Ter Stegen qal li jinsab diżappuntat li għall-ewwel darba wara bosta snin se jkun qed isegwu lill-pajjiżu minn daru u qal li jittama li jkun jista’ jirritorna fil-ground għall-bidu tal-pre-season.