Futbol Sport

Mil-lum fl-Ingilterra: il-partitarji jistgħu jirritornaw għall-avvenimenti sportivi

(Ritratt: EPA)

Mil-lum fl-Ingilterra, il-partitarji jistgħu jirritornaw għall-avvenimenti sportivi hekk kif l-Ingilterra tkompli tirritorna għan-normalità. Sa massimu ta’ 10,000 partitarju se jkunu jistgħu jattendu avvenimenti sportivi fuq barra filwaqt li sa massimu ta’ 4,000 se jitħallew jattendu għall-avvenimenti fuq ġewwa.

Fil-finali tal-FA Cup ta’ nhar is-Sibt bejn Chelsea u Leicester City attendew 21,000 partitarju. Illejla, wkoll hekk kif jibdew il-playoffs għall-promozzjoni taċ-Championship, Barnsley se jkollhom 4,500 partitarju għall-partita kontra Swansea filwaqt li aktar minn 2,000 persuna se jattendu għall-partita bejn Bournemouth u Brentford.

Fost ir-restrizzjonijiet li se jkun hemm fl-istadiums, il-partitarji se jkunu obbligati li jilbsu l-maskra filwaqt li jridu jżommu d-distanza soċjali matul il-ħin kollu fl-istadium.