Lokali Qorti

Pensjonat akkużat b’ħasil ta’ flus għat-tieni darba

Raġel b’każ ta’ ħasil ta’ flus diġa’ pendenti reġa tressaq il-Qorti akkużat b’ħasil ta’ flus u ksur tal-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest stabbiliti fil-każ preċedenti tiegħu. Mario Brignone pensjionant ta’ 66 sena minn Bormla wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih.

L-ispettur Leanne Bonello spjegat li l-pulizija kienu qed isegwu l-movimenti ta’ Brignone waqt investigazzjonijiet f’każ ta’ droga li jinvolvi lil ibnu. Il-pulizija għamlu rejd fid-dar ta’ ibnu f’Ħaż-Żabbar b’rabta ma’ suspetti ta’ traffikar ta’ droga u l-investigazzjonijiet wassluhom fid-dar tal-missier, fejn sabu kważi €15,000 fi flus kontanti.

L-investigazzjonijiet żvelaw li huwa neħħa madwar €8,800 minn dawn il-flus fl-aħħar ġimgħat, il-Qorti semgħet, bil-pulizija jsibu wkoll qratas tal-plastik li jemmnu li kienu qed jintużaw għat-traffikar tad-droga. Il-Qorti semgħet li Brignone, pensjonant, jirċievi ftit iktar minn € 700 fix-xahar minn pensjoni tal-istat.

Huwa qal lill-pulizija li għandu vizzju tal-logħob tal-azzard. Brignone kien taħt pleġġ tal-pulizija waqt li kienu għaddejjin l-investigazzjonijiet. Il-pulizija qalet lill-qorti li waqt li hu dejjem żamm mal-appuntamenti tiegħu mal-Pulizija, iżda huma opponew għal libertà ;proviżorja bil-qaawaa kollha minħabba li huma mħassba dwar it-tbagħbis potenzjali tal-provi.

Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras ordnat l-iffriżar tal-assi tar-raġel. Hija rrifjutat ukoll talba għall-ħelsien mill-arrest u r-raġel inżamm taħt arrest preventiv. L-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Francesca Zarb dehru għal Brignone. L-Avukati Etienne Savona u Godwin Cini mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kien jagħmlu parti mill-prosekuzzjoni.