Sport Sport Ieħor

Peter Sagan jirbaħ l-10 stadju tal-Giro d’Italia, b’Egans Bernal iżomm il-flokk ir-roża

(Ritratt: EPA)

Fl-10 stadju tal-Giro d’Italia li sar bejn L’Aquila u Foligno fuq distanza ta’ 139 km intrebaħ minn Peter Sagan ta’ Bora-Hansgrohe meta għeleb l-isfida ta’ Fernando Gaviria u Davide Cimolai li temmew fit-tieni u fit-tielet post rispettivament.

Egan Bernal żamm il-flokk ir-roża għall-stadju ieħor biċ-ċiklista Remco Evenepoel jersaq eqreb ta’ Bernal fil-klassifika ġenerali. Il-Giro d’Italia jitkompla nhar l-Erbgħa bil-11-il stadju fejn fuq distanza ta’ 162 km iċ-ċiklisti jaqdfu minn Perugia sa Motalcino.