L-attakkant ta’ 25 sena Krzystof Piatek tħalla barra mill-iskwadra tal-Euro 2020 hekk kif il-ġimgħa li għaddiet sofra ksur fl-għaksa f’rebħa li l-club tiegħu Hertha Berlin kiseb fuq Schalke.
Il-coach Paulo Sousa ma wettaq ebda sorpriża fl-għażla tiegħu hekk kif il-captain Robert Lewandowski se jerġa jkun qed imexxi l-attakk tat-tim nazzjonali Pollakk li se jkun qed jilgħab fi Grupp E flimkien ma’ Spanja, l-Iżvezja u l-Islovakkja.
L-iskwadra msejjħa mill-coach Sousa hija:
Goalkeepers: Lukasz Fabianski (West Ham), Wojciech Szczesny (Juventus), Lukasz Skorupski (Bologna)
Difensuri: Jan Bednarek (Southampton), Bartosz Bereszynski (Sampdoria), Pawel Dawidowicz (Verona), Kamil Glik (Benevento), Michal Helik (Barnsley), Tomasz Kedziora (Dynamo Kyiv), Kamil Piatkowski (Rakow Czestochowa), Tymoteusz Puchacz (Lech Poznan), Maciej Rybus (Lokomotiv Moskva)
Midfielders: Przemysław Frankowski (Chicago Fire), Kamil Jozwiak (Derby), Mateusz Klich (Leeds), Kacper Kozlowski (Pogon Szczecin), Grzegorz Krychowiak (Lokomotiv Moskva), Karol Linetty (Torino), Jakub Moder (Brighton), Przemyslaw Placheta (Norwich), Piotr Zielinski (Napoli)
Attakkanti: Dawid Kownacki (Fortuna Dusseldorf), Robert Lewandowski (Bayern Munich), Arkadiusz Milik (Marseille), Karol Swiderski (PAOK), Jakub Swierczok (Piast Gliwice)
//= $special ?>