Il-kowċ tat-tim nazzjonali Taljan Roberto Mancini sejjaħ skwadra proviżorja ta’ 33 plejer għall-Euro 2020, bl-attakkant Giacomo Raspadori jkun msejjaħ għall-ewwel darba mal-iskwadra Taljana. Fost il-plejers li ma kienux inklużi fil-lista nsibu lil Jorginho u Emerson Palmieri li t-tnejn li huma se jkunu mpenjati fil-finali tal-UEFA Champions League ma’ Chelsea. Il-plejers msejħa se jkunu qed jipparteċipaw f’kamp ta’ taħrig f’Forte Village f’Sardenja bi preparazzjoni għall-partita ta’ ħbiberija li se jilgħabu kontra San Marino fit-28 ta’ Mejju. L-Italja jiftħu l-impenji tagħhom fil-Euro 2020 bil-partita inawgurali tal-kompetizzjoni kontra t-Turkija fi Grupp A.
Gowlkipers : Cragno (Cagliari), Donnarumma G. (Milan), Meret (Naples), Sirigu (Turin).
Difensuri : Acerbi (Lazio), Bastoni (Inter), Biraghi (Fiorentina), Bonucci (Juventus), Chiellini (Juventus), Di Lorenzo (Napoli), Florenzi (Psg), Lazzari (Lazio), Mancini (Rome), Spinazzola ( Rome), Toloi (Atalanta).
Midfielders : Barella (Inter), Castrovilli (Fiorentina), Cristante (Rome), Locatelli (Sassuolo), Pellegrini (Rome), Pessina (Atalanta), Sensi (Inter), Verratti (Psg).
Attakkanti : Belotti (Turin), Berardi (Sassuolo), Bernardeschi (Juventus), Chiesa (Juventus), Grifo (Friborg), Immobile (Lazio), Insigne (Napoli), Kean (Psg), Politano (Napoli), Raspadori (Sassuolo ).
//= $special ?>