EURO 2020 Sport

Roberto Mancini jġedded il-kuntratt tiegħu mat-tim nazzjonali Taljan

Roberto Mancini

Roberto Mancini ġedded il-kuntratt tiegħu bħala coach tat-tim nazzjonali Taljan sal-2026. Din l-aħbar kienet mħabbar mill-President tal-FIGC Gabriele Gravina.

Gravina qal li Mancini huwa investiment fil-futur tat-tim nazzjonali Taljan fejn mistenni jibqa’ fit-tmexxija tat-tim sa wara t-Tazza tad-Dinja tal-2026. Roberto Mancini nħatar coach tat-tim nazzjonali Taljan fl-2018 fejn l-Italja ilha 24 partita ma titlef u tinsab viċin ir-record li kien waqqaf Vittorio Pozza fl-1930 meta ma kienx tilef għal 30 partita.