Lokali Qorti

Surġent jippreżenta 181 ritratt konnessi mat-tfittxijiet fil-binja tat-Times

Surġent tal-Pulizija ppreżenta lill-Qorti xejn anqas minn 181 ritratt mill-binja tat-Times of Malta fejn dawn kienu jirreltaw ma’ diversi oġġetti maqbuda mill-Pulizija. Dan ħareġ minn xhieda tal-istess Surġent, Antoine Fenech li kien wieħed mill-uffiċjali tal-Pulizija li ġibdu ritratti konnessjoni mal-każ tal-eks Direttur tal-Allied Newspapers Limited Vince Buhagiar.

Għadd ta’ uffiċjali tal-Pulizija taw ix-xhieda tagħhom, fejn preżentaw numru ta’ rapporti bir-ritratti li ttieħdu waqt numru wkoll ta’ tfittxijiet fir-residenzi ta’ Vince Buhagiar, Malcolm Scerri, Matthew Pace, Robert Zammit u fit-Times of Malta. Dan ħareġ meta quddiem il-Maġistrat preseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech kompla jinstema’ l-każ ta’ Buhagiar, ta’ 73 sena qed jiġi mixli fost oħrajn b’ħasil ta’ flus, frodi u korruzzjoni.

L-Ispettur tal-Pulizija Ann Marie Xuereb Xuereb, li kienet l-ewwel xhuqa qalet li ma kinietx parti mill-investigazzjoni ta’ Vince Buhagiar u li minkejja li tirrikonoxxiħ, ma interrogatux. Fuq domandi tal-avukat Veronique Dalli li flimkien mal-Avukat Dean Hili qed tidher għal Buhagiar hija qalet li tikkonferma li Keith Schembri kien qal lill-Pulizija li Vince Buhagiar kien qal lill-Pulizija li kien espert fil-qasam tax-xogħol tiegħu tal-Allied Newspapers Limited, dejjem f’dak li jirrigwardja stampar.

L-Avukat Dalli staqsiet jekk kinietx taf li Buhagiar mar Frankfurt u l-Belġju ma’ Adrian Hillman biex jaraw makkinarju tal-istampar ieħor maż-żewġ offrenti l-oħra. Ix-xhud qalet li hi taf biss u investigat il-parti fejn kien involut Schembri. Mistoqsija jekk kienx hemm xi diretturi oħra, Xuereb qalet li Schembri qal lill-Pulizija li ma setgħax jiftakar min kien preżenti. L-Ispettur Lianne Bonello kompliet tgħid li kellha l-kompitu li tinvestiga persuni oħrajn.

Hija semmiet lil Brian Tonna, Karl Cini, Manuel Castagna, Alfio Schembri, Robert Zammit u Lorraine Falzon kienu fost is-suspettati li kellha tinvestiga. Wara xehedet Dr Claudette Fenech mill-Malta Business Registry titla tixhed. Hi kienet inkarigata li tiġbor lista tal-involviment ta’ Buhagiar f’diversi kumpaniji. Qalet li dawn huma kollha involvimenti tal-passat.

Kuntistabbli tal-Pulizija li kien preżenti għall-arrest ta’ Malcolm Scerri u li ħa ritratti tal-oġġetti li ttieħdu mir-residenza esebixxa r-rapport tiegħu fil-Qorti. Kuntistabbli tal-Pulizija ieħor li ġibed ir-ritratti tal-oġġetti mir-residenza ta’ Matthew Pace ukoll ippreżenta r-rapport tiegħu.

Wara xehed is-Surġent Antoine Fenech, li kien assenjat fit-tfittxija li saret fit-Times of Malta fejn ħa ritratti tal-oġġetti maqbuda u lesta rapport. Ir-rapport li għandu 181 ritratt ġie esebit minnu fil-Qorti. Uffiċjal ieħor tal-Pulizija xehed li kien assista waqt it-tfittxijit relatati ma’ Nexia BT.  Huwa sostna li ħa ritratti tal-mobile ta’ Robert Zammit meta l-Pulizija marru jarrestawħ.

L-Avukat Sean Scerri de Caro f’isem l-uffiċju tal-Avukat Ġenerali qal li ma kienx baqalu aktar xhieda xi jressaq għal din is-seduta. Hawn l-Avukat Dalli staqsiet jekk il-prosekuzzjoni għalqitx il-każ tagħha. L-Avukat Scerri de Caro wieġeb billi qal li se jikkonsulta mall-kollega tiegħu l-Avukat Elaine Mercieca Rizzo u li fil-futur qarib se jagħati risposta dwar dan, madankollu jemmen li l-każ jingħalaq sal-proċess li jmiss. Is-seduta ġiet differita għall-21 ta’ Ġunju fit-8:30am.