Sport Sport Ieħor

Tħabbret il-mewt tal-ġerrej leġġendarju Joe Mercer

Tħabbret il-mewt tal-ġerrej leġġendarju Joe Mercer fl-età ta’ 86 sena. Mercer irnexxielu jirbaħ xejn anqas minn 2,810 tellieqa fir-Renju Unit f’ 36 staġun li jinkludu tmien Klassiċi Brittaniċi . Is-17-il rebħa tiegħu fi 18-il tiġrija prinċipali jinkludu it-2,000 Guineas fl-1971 fi New Market meta rikeb il-Brigadier Gerard u għeleb lil Mill Reef. Joe Mercer rebaħ 17-il darba fuq il-Brigadier Gerard, iżda d-diżappunt tieghu kien meta fuq Bustino tilef minn Grundy fit-tellieqa ta’ Ascot fl-1975. Mercer kellu perjodi ta ‘suċċess stabbli bħala ġerrej u ħarreġ lil Dick Hern, Sir Henry Cecil u Peter Walwyn. Imwieled fi Bradford kien champion jockey fl-1979 u ingħata it-titlu ta’ Order of the British Empire sena wara għal dak li wettaq fl-ambjent tat-tiġrijiet taż-żwiemel fir-Renju Unit. Huwa rebaħ l-Oaks f’Epsom, kif ukoll San Leger ta ‘Doncaster erba’ darbiet, iżda bla dubju jibqa magħruf l-aktar għar-rabta tiegħu ma’ Brigadier Gerard – ġeneralment meqjus bħala wieħed mill-aqwa żwiemel tal-galopp ta’ kull żmien.