Mara ta’ 35 sena mill-Qala’ ngħatat il-ħelsien mill-arrest wara li wieġbet mhux ħatja meta tressqet mill-Pulizija fil-Qorti t’Għawdex mixlija fost l-oħrajn li nhar il-15 ta’ Marzu, 2021, u fil-ġranet, ġimgħat u xhur ta’ qabel, irrikattat u tat fastidju lil persuna oħra permezz ta’ apparat ta’ kommunikazzjoni elettronika.
Dan sar fuq depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €10,000, fost kundizzjonjiet oħra, bil-mara tiġi mixlija ukoll għamlet reat waqt il-perjodu operattiv ta’ sentenza sospiża u li naqset milli tħares xi waħda mill-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.
Il-każ instema’ quddiem il-Maġistrat Dr Simone Grech LL.D filwaqt li l-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.
//= $special ?>