Lokali Qorti

L-avukat maqtul Carmel Chircip qabel li jċedi maħżen għal 600,000 ewro

L-avukat assassinat Carmel Chircop kien qabel li jċedi maħżen li jiswa’€2.3 miljun f’Ħal Qormi li għalih kien iffirma ftehim ta’ wegħda ta’ bejgħ bi skambju għal €600,000, Etienne Cassar qal fil-qorti fejn tenna li Chircop aċċetta li jieqaf fuq dan il-ftehim u jippermetti lil Ryan Schembri, Adrian Agius u lilu nnifsu jixtru l-maħżen sakemm l-Avukat ikun ikkumpensat.

Etienne Cassar li kien jaħdem bħala Sales Representative u kien ukoll Direrttur mal-kumpanija Cassar and Schembri nvoluti fl-importazzjoni ta’ laħam għar-ristoranti. Huwa kkonferma li kienu kellmuh il-Pulizija, imma nesa dwar xhiex. Fuq Chircop qal li sar jafu 2013 fuq bejgħ ta’ maħżen għal użu ta’ supermarket li kien se jkun se jismu More. Kien se jużah Adrian Agius għal xi uffiċini, li huwa l-bniedem li sab il-maħżen u li kien sieħeb f’kumpanija fil-Libja, li kellha supermarket fi Tripli.

Carmel Chircop fhiex jidħol?, staqsa s-Supretendent Keith Arnaud qal li l-maħżen ma kienx tiegħu imma kellu konvenju fuqu, ried li ‘aħna’ nieħdu l-konvenju li kien fuqu. “Naf għax kont preżenti f’żewġ meetings li kienu saru’. Ma kienx involut, aktar Brian u Adrian, kienu jkunu preżenti, qal ix-xhud.

Meta kien hu kien magħhom, kien hemm preżenti l-Avukat Chircop, kif ukoll Ryan Schembri fl-uffiċini li kellhom f’Tal-Ħandaq. Kien hemm diskussjonijiet fuq il-prezzijiet, fejn Chircop kien qal li ried €600,000 ewro u l-ftehim kien intlaħaq wara li ġiet iffirmata garanzija. Id-deal iżda ma sarx għax Ryan Schembri kien ħarab minn Malta.

Dan ħareġ meta kompliet il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront tal-aħwa Robert u Adrian Agius magħrufa bħala tal-Maksar, Jamie Vella u George Degorgio magħruf bħala ċ-Ċiniż akkużati fost oħrajn bl-involviment tagħhom fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u l-Avukat Carmel Chircop.

Cassar qal li Adrian Agius kien se jkun il-persuna li tagħmel il-garanzija għal dan l-investiment li kien poġġa fih xi assi minn tiegħu. Il-valur kien ta’ madwar €2.3 miljun. Ftehim kordjali dwar il-bejgħ kien ġie ukoll iffirmat fl-2013, li iżda dan waqa’ bil-konvenju b’kollox wara l-ħarba ta’ Schembri. Il-ftehim kien ifisser li Chircop kellu jieħu €600,000 li huwa ħareġ fi spejjeż.

Fl-2015 jew kmien fl-2016 kien iltaqa’ ma’ Agius li qallu li kien se jfittex lil mara tal-Avukat Chircop, u li iżda ma kienx speċifika dwar xhiex. Mistoqsi mill-avukat mill-Uffiċċju tal-AĠ, ix-xhud jgħid li ma jaf xejn dwar pagamenti oħra. Waqt il-kotroeżami mill-Avukat Alfred Abela, x-xhud qal li hu ffirma fl-uffiċċju tan-Nutar Mangion f’Ħal Luqa. Qal li ma jafx li sar kostituzzjoni ta’ debit u li sa dak l-istadju l-Avukat Chircop ma kienx ta flus lill-kumpanija tagħhom. Ix-xhud jikkonferma li Schembri kien ħalliehom lampa stampa.

Wara tela’ jixhed Ryan Cutajar li huwa car dealer u li l-kumpanija jisimha Regina Auto Dealer li fil-Qorti għaraf lill-aħwa Robert u Adrian Agius u lil Jamie Vella. Lil Adrian Agius u lil ħuh ilu jafhom għal madwar 20 sena għax kien ibiegħlhom xi karozza. Anke lil Jamie Vella jaf għax kien imur għandu.

Ma jiftakarx kemm eżatt biegħlhom karozzi, imma jaħseb bejn erba’ u ħamsa. Dwar propjetà f’Tal-Ibraġġ qal li kienet tiegħu, u kien  qed jieħu ħsieba Jamie. Kien jieħu ħsiebha fil-manutenzjoni.  Kien jieħu ħsiebha u anke kellu ċ-ċwievet.

Qal li kellu Volvo fil-garaxx u l anke ċ-ċwievet tagħha kienu għandu għax bħad dar kienet għal bejgħ u peress li kien jaf ħafna nies u għalhekk kien qed ifittex biex ibiegħha. Tenna li ġieli biegħlu xi karozzi u kien jagħtih xi flus talli kien jagħmel hekk.

Kompla jgħid li huwa kien xtara dar f’Baħar iċ-Ċagħaq mingħand Adrian Agius fl-2017 fejn kellu jagħti €165,000 lill-armla tal-Avukat Chircop għax kien hemm ipoteka. Ix-xhud ġab kopja tal-kuntratt tad-dar u fotokopja taċ-ċekk. Ikkonferma li sa fejn jaf  Jamie Vella biss kien qed joqgħod fid-dar Tal-Ibraġ. Fuq mistoqsija tad-difiża dwar x’tip ta’ nies huma Ta’ Maksar u Vella, id-dealer jikkonferma li mhumiex nies ta’ ġlied.

Wara xehed l-Ispettur Lydon Zammit li qal li fi Frar li għadda huwa kien qed imexxi tim li marru biex jarrestaw lil Jamie Vella. Kellu żewġ mandati ta’ arrest dwar l-omiċidji ta’ Caruana Galizia u Carmel Chircop. Huwa mar fir-residenza tiegħu fis-Swieqi u kien Jamie li fetaħ il-bieb.

Huwa nfurmah li kien se jarrestah, b’Vella jinfurmah li kien pożittiv għal Covid-19, u huma ħadu l-prekawzjonijiet kollha u qal ukoll li fid-dar kien hemm mara. Kienu għamlu tfittxija fid-dar bl-għajuna ta’ uffiċjali forensiċi fejn sabu numru ta’ mobile, €70 fi flus kontanti u erba’ karozzi fil-garaxx, Mercedes Benz, il-Volvo li fiha nstabu d-dokumenti ta’ Vella u l-passaport, Citroen u BMW.

F’kamra fid-dar kien hemm l-affarijiet tal-mara li kienet hemm. Il-pulizija ħadu dawn l-oġġetti wkoll. Ħadu lil Vella għal test tal-Covid-19 u mbagħad ħaduh id-Depot. Miegħu kien hemm preżenti wkoll il-kuntistabbli Rodererick Degiorgio. Wara xehed is-Surġent Reueben Balzan li fl-2017 kien  jaħdem mas-sezzjoni tal-RIU. Huwa kien irċieva messaġġ fuq karozza li kienet qed taqbad il-Bidnija. Fuq is-sit kien hemm diġa vettura tat-tifi tan-nar. Qal li kienu għalqu t-toroq li jwasslu għas-sit tal-inċident. Huma u sejrin kienu nfurmati li kienet karozza bomba.   

Xehed ukoll il-kuntistabbli Mario Farrugia, illum stazzjonat Ta’ Kandja. Semma kif fis-16 t’Ottubru tal-2017 daħlet telefonata fit-3pm li kien hemm karozza taqbad il-Bidnija. Qal li kif waslu kien hemm tal-Protezzjoni Ċivili jitfu l-karozza. Qal li aktar ‘il fuq minn fejn kien hu kien hemm xi għajat u ġlied.

Wara xehed is-Supretendent James Grech li qal li kien preżenti dakinhar li seħħ il-qtil tal-Avukat Carmel Chircop. Dak iż-żmien hu kien stazzjonat is-CID u li Ken jaħdem ‘split shift’ dakinhar. Kien id-dar meta sema’ li kien hemm splużjoni u nfurmat ukoll li l-persuna li kienet qed issuq il-karozza li splodiet kienet Daphne Caruana Galizia.

Tenna li t-triq kienet magħluqa minn isfel u minn fuq. F’waħda mill-għelieqi, kważi f’nofsha, kien hemm vettura kompletament meqruda.  Baqa’ fuq il-post sakemm ġew l-ambulanzi u l-Maġistrat tal-Għassa Consuelo Scerri Herrera. qal li l-vettura kienet bejn 100-200 metru minn fejn seħħet l-isplużjoni.

Ix-xhud kompla li hu ntalab jikseb l-informazzjoni mingħand il-provditur tas-servizz tal-mowbajl li kienet tuża l-vittma. Mar ukoll għand il-kumpanija Percius Car Hire biex jindaga dwar il-karozza li kienet qed issuq il-ġurnalista.  Huwa jemm kien tkellem ma’ ċertu “Mario,” li staqsieh dwar il-karozza mikrija li kellha l-ġurnalista u talbu kopja taċ-ċavetta. Hu għaddieha lill-Ispettur Keith Arnaud (illum Supretendent).

Wara xehed l-uffiċjal tal-Pulizija Darren Farrugia li qal li Fit-23 ta’ Frar li għadda, ingħataw struzzjonijiet biex jarrestaw lil Jamie Vella u lil Adrian u Robert Agius. Irċivew informazzjoni li l-aħwa Agius kienu fi Triq is-Sajd ta’ San Martin il-Baħrija. Marru fuq il-post fejn lil Adrian Agius sabuh f’karozza. Iċċirkondawha u ordnawlu joħroġ minn ġo fiha. Hu kkollabora. Kompla jgħid li l-Ispettur Shaun Pawney informa lil Adrian Agius bil-mandat t’arrest u qal li wara eskortaw it-trakkijiet tal-irmunkar li l-karozzi kienu mgħobbijin fuqhom lejn id-Depot.

L-aħwa Agius u Vella kienu ilhom suspettati li kienu l-fornituri tal-bombi fil-każ tal-qtil ta’ Caruana Galizia. Huma kienu ġew arrestati f’Diċembru 2017 iżda wara ġew meħlusa mingħajr ebda akkuża. Huma ġew arrestati fl-istess jum li Vince Muscat, magħruf bħala il-Koħħu, ammetta l-involviment tiegħu fil-qtil ta’ Caruana Galizia u ġie kkundannat 15-il sena ħabs wara ftehim bejn il-Prosekuzzjoni u d-difiża. Huwa ngħata wkoll il-proklama fil-każ tal-qtil ta’ Chircop biex jagħti nformazzjoni utili fuq il-każ.

L–infermiera Claire Zammit qalet li fis-16 t’Ottubru tal-2017 ġiet infurmata fuq karozza taqbad u li kienet f’waħda mill-ambulanzi li marru l-Bidnija.   Meta waslu fuq il-post kien hemm il-pumpiera jitfu n-nirien. Qalulhom li ma kienx hemm sinjali ta’ ħajja fil-vittma tal-karozza bomba. 

Damu fuq il-post mit-3.15pm sal-4.55pm. L-irwol tagħhom kien li jaraw jekk ikunx hemm xi ħadd li għandu bżonn l-assistenza tagħhom, iżda ma kellhomx bżonn l-għajnuna tagħhom.  Wara xehed membru tal-Forzi Armati ta’ Malta.   dwar it-tfittxijiet f’qiegħ il-baħar fil-Marsa, peress li hu inkarigat mis-sezzjoni tal-għaddasa.  

Ġew mgħajtin fuq il-post bħala għaddasa biex jagħmlu tfittxija ġenerali għal kwalunkwe oġġett li jista’ jkun relatat. Qal li l-ewwel tfittxija fl-4 ta’ Diċembru tal-2017, tnejn mill-għaddasa bdew isibu l-mowbajls ġol-baħar.  Hu ma pparteċipax f’dik it-tfittxija. Kien fuq il-post, iżda huma bdew jinqasmu f’timijiet differenti biex ifittxu. Kien involut fit-tieni jew it-tielet tfittxija.   It-tfittxijiet damu għaddejjin sat-8 ta’ Diċembru. 

Xehed suldat ieħor fl-istess armata li qal li kienu ġew mgħajta biex jogħdsu biex ifittxu f’qiegħ il-baħar fil-Marsa, fiż-żona tat-tinda tal-patata.  Is-sehem tiegħu kien bħala għaddas mal-kollegi tiegħu. Hu kien niżel ifittex fil-baħar darba kuljum mill-4 sat-8 ta’ Diċembru tal-2017.  

Qal li l-mowbajls li sabu kienu mxerrdin, ma jiftakarx eżatt kemm kienu ‘l bogħod mill-art, u li hu sab mowbajl minnhom. Fl-għadsa kienu nstabu erbgħa.   Suldat ieħor li kien involut fit-tfittxijiet qal li minbarra mowbajls sabu wkoll l-batterji.

Xhud ieħor li spiċċa mill-armata li kien stazzjonat mal-Iskwadra tal-Bombi qal ukoll li kien jagħmel parti mit-tfittxijiet fil-baħar qrib it-tinda tal-patata l-Marsa.  Tenna li sabu Samsung u żewġ mowbajls tad-ditta Nokia. Xhud ieħor mill-AFM.   qal li kien xogħol dakinhar li nqatlet Daphne Caruana Galizia.   

Meta wasal, in-nar kien għadu qed jaqbad. Lemaħ biċċiet tal-karozza mxerrdin, il-pumpiera jippruvaw jitfu n-nar.  Saħaq li xogħol il-ħaddiema tal-Forzi Armati kien li jduru ż-żona biex jaraw li tkun sigura ladarba ntfew in-nirien.  

Qal li kellhom ordni biex ma jmissu xejn għax kienu ġejjin l-investigaturi minn barra minn Malta. Kellhom joqogħdu għassa mal-post fejn seħħet l-isplużjoni billejl ukoll.    Fit-18 t’Ottubru wasal espert Olandiż li beda jgħidilhom x’jagħmlu u ma jagħmlux. Bdew ifittxu xi komponenti relatati mal-bomba.  

Instabu ħafna affarijiet,, li bdew jgħadduhom lill-espert Olandiż u jiddeċiedi hu hux relatati jew le. Suldat ieħor, stazzjonat fil-fortizza tal-Mosta qal li flimkien mal-kollegi tiegħu kien xogħol dakinhar tal-assassinju.   Damu fuq il-post sa wara li kien dalam.  

It-tabiba Luana Formosa, qalet li fis-16 t’Ottubru tal-2017 kienet qiegħda l-uffiċċju mat-tabib Michael Spiteri meta daħlet l-aħbar ta’ karozza bomba.  Kif waslu fuq il-post raw daħna kbira. Ix-xhud qalet li ma kinitx liebsa lbies protettiv, allura ntalbet tibqa’ ‘l bogħod minn fejn kien hemm l-isplużjoni.   

Hijna rat biċċiet ta’ laħam,” li dakinhar ma ntebħitx x’kienu.  Fit-3.05pm kienet telqet minn Mater Dei, waslet fuq il-post fit-3.15pm, u telqu fl-3.56pm.  Xehed wara paramediku li jaħdem fid-Dipartiment tal-Emerġenza li assista wkoll meta seħħet il-karozza bomba.  Meta waslu l-Bidnija kellhom ordni mit-tabib Michael Spiteri biex joqogħdu fl-ambulanza u ma jiċċaqalqux.   Wara intalab mit-tabib Spiteri biex jgħaddi liżar abjad biex jgħattu parti minn ġisem il-vittma.  

L-Avukat William Cuschieri qed jidher għal Degiorgio, filwaqt li l-Avukati Alfred Abela u Rene Darmanin qed jidhru għall-aħwa Agius u għal Vella.- L-Avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia qed jidhru għall-familja Caruana Galizia filwaqt li l-Avukat Vince Galea qed jidher għall-familja tal-Avukat Chircop.

Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mis-Supretendent Keith Arnaud flimkien mal-Ispetturi Shawn Pawney u Wayne Camilleri. Huma qed jiġu mgħejjuna mill-Avukat George Camilleri mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Il-kumpilazzjoni tkompli t-Tlieta, 18 ta’ Mejju fitr-8.30am.