Futbol Sport

Verona u Bologna jaqsmu l-punti f’partita mimlija gowls

(Ritratt: EPA)

Riżultat ġust f’partita bbilanċjata biż-żewġ timijiet jaqsmu l-logħob għal ħinijiet twal sforz wkoll li t-tnejn li huma ma kellhom ebda pressjoni ta’ klassifika. B’dan ir-riżultat Verona saħħew posthom fl-għaxar post b’44 punt segwiti mill-istess Bologna b’41 punt. Fl-ewwel azzjoni tal-partita, fit-tieni minuta minn azzjoni ta’ Koray Gunter kien MARCO DAVIDE FARAONI li għeleb lil Ravaglia biex poġġa lil Verona fil-vantaġġ. Bil-partita tibqa’ miftuħa għal kull riżultat , fit-32 minuta l-iskor sar 1 – 1 .Minn freekick ta’ Andreas Skov Olsen, Antonin Barak ikklerja kif seta’, segwa l-azzjoni Roberto Soriano lejn LORENZO DE SILVESTRI li għeleb lil Pandur . Verona fetħu t-tieni taqsima fuq l-offensiva tant li fit-53 minuta marry fil-vantaġġ. Pass ta’ Darko Lazovic lejn NIKOLA KALINIC li għeleb lil Federico Ravaglia għat 2 – 1 . Reazzjoni minn Bologna li iżda kellhom jistennew sat-82 minuta biex kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ RODRIGO PALACIO għat 2 – 2 . Riżultat li biħ intemmet wkoll il-partita.