Lokali Qorti

Xhieda konflinġenti mit-Tito u twiddiba mill-Qorti fil-każ tal-qtil ta’ Charlene Farrugia

Jesmond Cassar magħruf bħala t-Tito (ritratt) li għadu taħt suspett fil-każ tal-qtil ta’ Charlene Farrugia ta xhieda kemmxejn konflinġenti fil-Qorti għad-diversi domandi li bdew isirilu fejn huma spiċċa wkoll jeħel multa ta’ 100 ewro minhabba l-attitudni tieghu mill-Maġistrat Marse-Anne Farrugia.

Meta kompliet il-kumpilazzjoni fil-każ kontra John Paul Woods ta’ 40 sena qed jiġi ġie mixli li f’Novembru ta’ 12-il sena ilu, qatel lil Farrugia, li kellha 25 sena u li kienet taħdem bħala carer, Jesmond Cassar, liu huwa xhud importanti kemm għad-difiża kif ukoll il-prosekuzzjoni kien jaf lil Charlene Farrugia ghaliex huwa kien johrog ma oht s-sieheb ta tagħha, li dak iz-zmien kien jinsab arrestat fil-facilita ta Kordin.

Farrugia kienet instabet imqatta’ biċċiet, f’xelter fil-Belt, bill-fdalijiet tagħha jinstabu f’Lulju tal-2019, taħt il-lukanda Phoenicia. Fil-bidu tal-kumpilazzjoni il-Magistrat Farrugia wissiet lix xhud li għandu kull dritt ma jirrispondiex għad-domandi. Dan għax jekk jiddeċiedi li jirrispondi ghad domandi ir-risposti tiegħu jistgħu jintuzżw kontrih fl-eventwalità li jkun hemm proċeduri kriminali kontrieh.

Għall bidu ix-xhud irrifjuta li jirrispondi għad-domandi li beda jagħmillu s-Supretendent James Grech, u jirrispondi billi jgħid li diġa rrisponda dawn id-domandi fl-istatements li kienu sarulu. Ftit wara kien ukoll ostili lejn il-Magistrat li ddikjaratu diżpreġġjattiv lejn il-Qorti.

Hawn s-Supretendent Grech ddikjarah bħala xhud ostili u għalhekk bdew isirulu domandi diretti. Hawnhekk t-Ttito beda jirrispondi ghal dawn id-domandi fejn fir-risposti tiegħu sahaq illi dakinhar li Charlene Farrugia ġiet rrapuratata nieqsa huwa flimkien ma l-ex sieħba tiegħu Abigail Tanti kienu telqu minn Buġibba flimkien mal-vittma fejn marru lejn d-depot sabiex ikun jista jinħarġilhom permess biex jaraw lil eks sieheb ta Charlene fil-ħabs.

Wara d-depot marru l-Qorti sabiex igibu l-permess fejn wara Jesmond Cassar stqarr illi huwa kien mar ma’ Charlene Farrugia, Buġibba barra d-dar taghha, iżda x’ġara minn Charlene minn dak il-hin l-hemm huwa deher inkonsistenti fi kliemu u qal li ma kienx dakinhar li sar ir-rapport.

Baqa’ mhux ċar il-konnessjoni ta John Paul Woods mat-Tito u ma Charlene Farrugia għalkemm it-Tito stqarr illi huwa kien jaf lil Woods mill-habs, u li huwa kien mar ifittxu dakinhar li ġie arrestat u tqieghed fis-‘single room’. Huwa l-ewwel wieġeb li kien mar hu izda wara biddel ir-risposta tiegħu u qal li kien għajjatlu John Paul Woods.

Il-Prosekuzzjoni fakkritu li fi stqarrija kien qal li dan ma kienx vera u li qal li kien vera biss wara li kienu qalulu li hemm filmati li juru dan. Ghad domandi tad-difiża kif kien jaf lil John Paul Woods, huwa qal li kien jafu mill-habs, u ghad domanda għaliex wara dawn is-snin kollha flimkien il-ħabs għaliex issa mar ifittxu huwa reġa ħawwad id-domanda hu qal illi ma jiftakarx minn kien għajjat lil minn.

Għad domanda sabiex jispjega fejn kienet marret Charlene wara li kienu waslu Buġibba, fejn huwa kien fil-kumpanija tagħha, din id-darba r-risposta tieghu kienet li ma kienx jaf. Għad domanda għala kienu inkwetaw daqshekk li kien ġrala xi ħaġa lil Charlene jekk kienet magħhom dakin nhar stess sa ftit ħin qabel u li saħansitra stqarr li kienet waslitu barra d dar tagħha huwa qal li wara li s-sieħeb ta’ Charlene beda jistaqsi x seta ġrala, meta ma bdietx tirrispondih huwa qal li marru jagħmlu rapport.

Id-difiza fakkritu li r-rapport kien sar fl-4.00 pm. jiġifieri ftit tal-ħin wara li kienu fil-kumpanija ta’ Charlene, iżda għal din id-domanda u għal qbija tad-domandi huwa beda ibiddel r-risposti u li beda jgħid ukoll li ma kienx jaf jirrispondi għalihom.Huwa sahaq ukoll illi t-tfajla tiegħu ta dak iż- żmien Abigail Tanti kellha kopja taċ-ċavvetta tad-dar ta fejn kienet tgħix il-vitmma.

Id-difiza talbet li x-xhieda tigi sospiża bil-prosekuzzjoni ma toġġezzjonax u l-Qorti tilqa’ t-talba u tordna li jkompli jinstema dan ix xhud l-Erbgħa li ġej 19ta’ Mejju 2021. Ta’ min isemmi li wara li kienet giet rrapurtata nieqsa Charlene Farrugia, Jesmond Cassar kien ġie mistoqsi diversi drabi dwar l-għejbien tagħha u wara li John Paul Woods kien stqarr mal-pulizija li kien qatel lil Charlene, huwa kien indika lil Jesmond Cassar bhala l-qattiel tagħha.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mis-Supretendent James Grech u l-Ispettur Jonathan Ransley. L-Avukat Roberta Bonello qed tidher għal Woods filwaqt li l-Avukat Mario Mifsud qed jidher għall-familja Farrugia.