Kurżitajiet Lokali Sport

X’inhu wieħed mill-akbar dispjaċiri ta’ Tony Drago?

Il-programm PROFILI li jmiss se jlaqqana’ ma’ persuna sportiva b’fama dinjija, Tony Drago. Drago għamel żmien mal-aqwa 10 fid-dinja, illum iżda x’inhu jagħmel? X’kiseb tul ħajtu? X’qed jaħseb għall-futur?

Fi PROFILI llum Tony Drago se jgħidilna x’kien l-akbar dispjaċir għalih, u kif ukoll kif iħares lura lejn l-aktar żmien ta’ diffukulta għalih. Ma jonqosx imma li Drago jgħidilna s-suċċess li kiseb tul ħajtu ‘l bogħod minn xtutna.

PROFILI, illejla fid-8.45pm fuq Net Television.

https://www.facebook.com/NETTVmalta/posts/10158930591994003