Futbol Sport

X’se jkun il-futur ta’ Cristiano Ronaldo?

Fl-aħħar ġimgħat bosta rapporti internazzjonali rrappurtaw li l-attakkant Portugiż Cristiano Ronaldo se jkun qed iħalli lil Juventus fis-sajf li ġej wara staġun deludenti f’Turin. Dawn l-ispekulazzjonijiet komplew jissaħħu hekk kif matul il-lejl li għadda deher container li kien qed jgħabbi s-seba’ karozzi tiegħu.

Ronaldo ssieħeb ma’ Juventus mingħand Real Madrid tliet staġuni ilu fejn mal-Bianconeri kompla jtejjeb ir-record ta’ gowls tiegħu fejn skorja aktar minn 100 gowl u rebaħ darbtejn is-Serie A u darbtejn is-SuperCup tal-Italja. Ir-rapporti ndikaw li Ronaldo jista’ jirritorna f’Manchester ma’ Manchester United u teżisti wkoll possibilità li jissieħeb ma’ Sporting Lisbon fil-Portugall.