Fi Stadio Olimpico Lazio u Torino temmew fi draw ta’ mingħajr gowls biex b’hekk Benvento ġew relegati għas-Serie B. Lazio kellhom penalty fl-84 minuta, iżda Ciro Immobile ra l-konklużjoni tiegħu taħbat mal-lasta, bil-partita tintemm fi draw.
Torino kisbu l-punt li kellhom bżonn fil-klassifika fejn għandhom 36 punt, 4 punti aktar minn Benvento, fejn fadal biss partita waħda x tintlagħab fis-Serie A.
//= $special ?>