Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 2 każi pożittivi ġodda… ebda mwiet għall-ħdax-il jum konsekuttiv

Għal ġurnata oħra pajjiżna rreġistra numri baxxi ta’ każijiet pożittivi ta’ COVID-19… dan hekk kif fl-aħħar sigħat kien hemm biss 2 każijiet ġodda pożittivi. Apparti dan għall-ħdax-il jum konsekuttiv, ma kien hemm ebda persuna li tilfet ħajjitha kawża ta’ dan il-virus.

Fl-aħħar sigħat fiequ 21 persuna oħra biex issa t-total ta’ każi attivi niżel għal 128.

Mill-bidu ta’ din il-pandemija, pajjiżna rreġistra total ta’ 30,484 każ pożittiv filwaqt li dawk imfejqa jammontaw għal 29,941.

Sat-Tnejn ngħataw 430,508 tilqima bi kważi 147,667 persuna ħadu ż-żewġ dożi.