Sport Waterpolo

Elena Borg ta’ Exiles nvoluta ma’ CSS Verona fis-semi finali tal-playoffs fl-Italja

(Ritratt: Elena Borg)

CSS Verona, li magħhom tilgħab il-plejer ta’ Exiles Elena Borg se jkunu nvoluti fis-semi finali tal-ewwel diviżjoni tal-waterpolo fl-Italja. CSS Verona jaffrontaw lil Antenore Plebiscito Padova, bis-semi finali l-oħra tkun bejn Lifebrain SIS Rome u Ekipe Horizon. Wara li fl-ewwel partita mis-serje tas-semi finali CSS Verona ħarġu rebbieħa, huma se jkunu qed iħarsu li jagħmluwa għall-ewwel finali tagħhom fl-ewwel diviżjoni (A1). Dan it-tragward ikun wieħed storiku għall-club hekk kif ġew promossi għall-ogħla diviżjoni inqas minn tliet snin ilu.

Elena Borg ilha barra l-pajjiż aktar minn ħames snin fejn għandha wkoll ċittadinanza Taljana. Hi rrapreżentat lil Italja fil-kampjonati Ewropej ta’ taħt l-20 sena kif ukoll fil-logħob tal-Universitajiet Taljani. Din is-sena Borg kienet strumentali fit-tim fejn lagħbet regolarment u sabet ix-xibka kemm-il darba, inkluż fl-ewwel semi finali.