Lokali

Għaddi messaġġi ta’ kuraġġ lil Destiny qabel l-ewwel semifinali – issottometti filmat fuq is-sit ta’ Epic

Dan huwa ċ-ċans tiegħek li tgħaddi messaġġ ta’ kuraġġ lil Destiny hekk kif il-ħin qed joqrob dejjem aktar għall-mument li ilha tant tistenna: li titla’ fuq il-palk tal-Eurovision u tirrappreżenta lil Malta. Permezz ta’ paġna fuq il-website ta’ Epic, il-pubbliku qed jingħata ċ-ċans li jissottometti filmat jew messaġġ bil-miktub għal Destiny qabel ma’ tasal għall-eżibizzjoni tagħha fis-semi-finali tal-lum.

Wara ftit problemi relatati mal-COVID-19, Destiny tinsab lesta biex titla’ fuq il-palk tal-Eurovision biex tagħmel l-eżibizzjoni tagħha li tant ilha mistennija mill-pubbliku. Għal aktar minn ġimgħa, Destiny kienet għaddejja bil-provi tal-kanzunetta f’Rotterdam fl-Olanda, tipprova diversi kostumi differenti, tieħu diversi intervisti, tirbaħ l-unuri u ssegwi l-ambizzjonijiet tagħha b’tant kburija. Destiny issa mistennija tkanta fis-16-il post fl-ewwel semi-finali tal-Eurovision fi ftit sigħat.

“Esperjenza li mhux faċli tiddeskriviha. Trid tkun fuq dak il-palk miegħi biex tifhem kif ħassejtni. Grazzi tas-sapport tagħkom u talli dejjem tkunu hemm għalijja. Nibgħatilkom ħafna mħabba,” qalet Destiny f’kumment esklussiv ippublikat fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Epic wara t-tieni dress rehearsal tagħha. Epic huwa l-isponsor uffiċjali ta’ Destiny fil-Eurovision tal-2021.

Ispirata mill-ambizzjoni ta’ Destiny, Epic xandret filmat li juri wħud mill-mumenti tant sbieħ li għaddiet Destiny fl-aħħar jiem f’Rotterdam. Il-filmat juri dak kollu li għaddej minn wara l-kwinti.

“Bħalma Destiny qed issegwi l-ħolma tagħha li tkun ta’ suċċess, Epic ukoll qed taħdem bis-sħiħ biex lill-klijenti tagħhom toffrilhom network superjuri, fejn internet veloċi kemm permezz tal-WiFi kif ukoll permezz ta’ broadband, fl-uffiċini u fid-djar, mhux xi privileġġ iżda in-norma. Nemmnu li kulħadd għandu potenzjal kbir, il-klijenti kollha tagħna, u mhux bil-wisq inqas dawk l-individwi b’talent kbir f’Malta li juru xi tip ta’ ambizzjoni jew passjoni. Għal din ir-raġuni qed nissapportjaw lil Destiny fil-vjaġġ tagħha fil-Eurovision. Ikun x’ikun ir-riżultat, Epic tinsab kburija b’dak li kisbet Destiny għax isservi bħala ispirazzjoni għalina biex nagħmlu l-istess,” qal Karl Galea, is-CMO Epic.

Ippubblika l-messaġġ tiegħek permess ta’ dawn it-tliet passi:

  1. Żur: epic.com.mt/destiny
  2. Tella l-filmat tiegħek jew ippubblika l-messaġġ għal Destiny
  3. Iftaħ pakkett popcorn u pprepara għall-ewwel serata tal-Eurovision

Għal aktar informazzjoni, żur https://www.epic.com.mt/