Lokali Parlament

Gvern bla ħsieb u pjan quddiem il-problema tar-reġistrazzjoni tal-artijiet

Joe Ellis, PN

Id-deputat Nazzjonalista Joe Ellis qal li quddiem il-problema tar-reġistrazzjoni tal-artijiet, il-gvern m’għandux pjan, hu bla ħsieb u qed iressaq liġi li tista tkun sfidata kostituzzjonalment.

Fil-parlament Joe Ellis qal li l-gvern mhux jirrealizza l-implikazzjonijiet ta’ dak li qed jagħmel. Hu qal li minkejja li r-Reġistru tal-Artjiet ilu fis-seħħ 40 sena, il-pajjiż għandu ferm ‘il bogħod milli dan ir-reġistru jiffunzjona kif suppost.

Id-deputat Nazzjonalista qal li ħafna nutara skanta kif żiedu żewġ żoni ta’ reġistrazzjoni fosthom in-Nadur fejn daħlet ukoll l-applikazzjoni ta’ territorju enomri li min irreġistra għamel dan fuq kuntratt tat-18-il seklu.

Din hi Fondazzjoni li twaqqfet minn mara nobbli Gozmana Navarra u fl-1720 xi neputi tagħha kien talab lill-Isoqf ta’ Malta biex ikun jista’ jiddisponi minn bosta propjetà tal-Fondazzjoni f’Għawdex.

Fl-1720 saru ħafna konċessjonijiet mill-Fondazzjoni biex saret reġistrazzjoni ta’ territorju kbir fin-Nadur li effettwat mijiet ta’ familji li huma kienu konvinti li din l-art kienet tagħom.

Ħadd ma kien jikkontesta t-tiltu tagħhom iżda issa dan it-titlu ġie mhedded. Dan is-sidien issa ma jistgħu jagħmlu xejn mill-propjetà tagħhom u qed jgħixu bil-biża’ li jispiċċaw bla propjetà. Din tikkonferma kif qed jaħdem ir-Reġistratur tal-Artijiet li għamel reġistrazzjoni fuq il-bażi ta’ pjanta skont titlu ta 400 sena ilu. Ir-Reġistratur tal-Artijiet kellu d-dover u d-dritt jitlob iktar informazzjoni dwa din ir-reġistrazzjoni.

Kien hemm numru ta’ sidien li ppreżentaw kawzjoni dwar din is-sitwazzjoni u suppost id-Reġistratur tal-Artijiet kellu jindaga biex għandu raġun waqt li jagħti deċiżjoni li minnhom jista’ jsir appell. Din il-fakultà issa tneħħiet u issa meta jsir kawzjoni ma jista’ jsir xejn.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern hu nieqes mill-ideat meta qed iressaq liġi li ma toffrix soluzzjoni kif jindirizza din il-problema; il-gvern qed jipproponi biss miżuri ta’ natura straordinarja fejn hemm dubju li dawn jgħaddux mit-test kostituzzjonali.

Hu kompla li min għamel il-kawzjoni mhux se jkun parti mill-kawża; l-Avukat tal-Istat kien konsultat fuq din il-liġi?