Futbol Sport

Ikkonfermata d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-MFA dwar Lija, Żejtun u Tarxien

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Lija Athletic, Żejtun Corinthian u Tarxien Rainbows huma uffiċjalment relegati għaċ-Challenge League wara vot li ttieħed waqt il-Kunsill tal-Malta Football Association – 1900. Senglea Athletic F.C. diġa kienu matematikament relegati meta twaqqaf l-istaġun minħabba d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa lokali.Dan hekk kif il-membri tal-Kunsill tal-MFA ivvutaw favur proposta biex il-Kampjonat Premier ikun iffurmat minn 12-il skwadra.

Il-vot għadda bi 30 vot favur, 8 kontra u 20 astensjoni.Il-vot ifisser ukoll li matul l-istaġun li ġej, iċ-Challenge League se jkun iffurmat minn 22 skwadra, maqsuma f’żewġ gruppi ta’ 11-il skwadra. Min-naħa l-oħra l-Amateur League se jkun iffurmat minn 19-il skwadra.Din hi sitwazzjoni temporanja hekk kif il-Malta Football Association – 1900 qed timmira li tirritorna għall-kompożizzjoni oriġinali tal-kampjonati rispettivi, inkluż il-Kampjonat Premier b’14-il skwadra.