Lokali Parlament

Il-pazjenti tal-HIV mhux jingħataw iktar mediċini f’Għawdex; iridu jiġu Malta

Kevin Cutajar, PN

Id-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar tkellem fil-parlament llejla dwar il-mediċini lil persuni li huma vittmi tal-HIV u sostna li f’Għawdex hemm sitwazzjoni li l-persuni milquta kienu jieħdu l-mediċini mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex iżda issa dan is-servizz twaqqaf.

Hu qal li l-mediċina mhix se tibqa’ tingħata l-mediċina mill-Isptar ta’ Għawdex iżda minn spiżeriji madwar il-pajjiż kollu, minbarra f’Għawdex. Dan kien qed iseħħ meta l-gvern kien qed jinkoraġġixxi n-nies biex ma jaqsmux lejn Malta.

Id-deputat Nazzjonalista qal li kellha tinstab spiżerija waħda f’Għawdex biex tqassam dawn il-mediċini, li dawn il-pazjenti mill-iktar vulnerabbli.